Kull rappreżentant elett lokalment (minn villaġġi, bliet, żoni metropolitani, reġjuni jew minn xi livell ieħor ta’ gvern lokali) li qed iservi f’dan ir-rwol jista’ jipparteċipa fin-netwerk. Kulħadd jipparteċipa f’isem l-awtorità lokali tiegħu. Filwaqt li m’hemmx limitu għan-numru ta’ rappreżentanti eletti lokalment li jistgħu jipparteċipaw fin-netwerk, kull awtorità lokali tista’ taħtar biss membru wieħed biex jipparteċipa.
Sabiex tissieħeb fin-network, persuna ta’ kuntatt għandha timla formola fuq is-sit web tal-proġett u ttella’ dikjarazzjon iffirmata li tinkludi l-firem tar-rappreżentant legali tal-awtorità lokali, kif ukoll il-firma tal-kunsillier lokali li huwa maħtur bħala membru tan-network.
L-awtorità lokali li tapplika għandha r-rwol ta’ sieħeb tal-proġett, tirċievi materjali ta’ viżibbiltà li huma jistgħu jużaw biex juru li l-awtorità saret sieħba tal-Kummissjoni Ewropea fil-komunikazzjoni u fl-involviment taċ-ċittadini dwar kwistjonijiet tal-UE (l-awtoritajiet lokali se jirċievu pjanċa tal-metall, roll-up li għandu jintwera f'postijiet aċċessibbli għaċ-ċittadini tagħhom). L-awtorità lokali se tiżgura l-kontinwità u taħtar membru ġdid hekk kif il-mandat elettorali tal-membru preċedenti jiskadi jew jieqaf għal kwalunkwe raġuni. Il-persuna maħtura eletta lokalment se ssir membru attiv tan-network, tirċievi aċċess għal informazzjoni mmirata, għal pjattaforma diġitali ddedikata u għal relazzjoni privileġġjata mal-istituzzjonijiet tal-UE.
Idealment, il-persuna ta’ kuntatt tal-awtorità lokali sieħba tinħatar minn fost l-impjegati taċ-ċivil tal-awtorità lokali, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità wara l-elezzjonijiet lokali.
Teoretikament iva, huwa possibbli li s-sindku jinħatar bħala membru f’isem l-awtorità lokali. Madankollu, huwa preferibbli li l-membru jinħatar minn fost il-kunsilliera lokali peress li dan in-network jippresupponi involviment proattiv fil-proġett. Huwa għalhekk li jaf jagħmel aktar sens li jinħatru kunsillieri lokali, sabiex ikunu jistgħu jinteraġixxu ma’ sħabhom fi rwoli simili peress li l-maġġoranza tal-membri huma tabilħaqq kunsilliera aktar milli sindki.
Ir-Rappreżentant Legali jista’ jkun is-sindku tal-Muniċipalità jew kwalunkwe persuna oħra (eletta jew mhux eletta) li għandha l-awtorità uffiċjali biex tiffirma l-formola ta’ dikjarazzjoni u li legalment tirrappreżenta l-entità lokali.
Kwalunkwe sfond u profil huwa aċċettat. Ma hemm l-ebda rekwiżit speċifiku ta’ affiljazzjoni politika jew rwol inkarigat fil-kunsill lokali. Il-membri jeħtieġ li jkunu eletti kunsilliera fil-mandat elettorali attwali. Jeħtieġ ukoll li jiġu nnominati mill-awtorità lokali li jirrappreżentaw.
Jeħtieġ li l-membri jkunu lesti jikkomunikaw b’mod proattiv maċ-ċittadini fiż-żona lokali tagħhom dwar kwistjoniijet relatati mal-UE.
Il-Kummissjoni tesprimi s-sodisfazzjon tagħha bil-ħatra tan-nisa u ta’ minorenzi (individw iparti minn gruppi sottorappreżentati).
Kunsillier wieħed biss għal kull entità lokali jista’ jkun parti min-network fi kwalunkwe ħin partikolari.
Is-sejħa hija miftuħa fuq bażi kontinwa, li jfisser li ma hemm l-ebda skadenza. Is-sejħa se tibqa’ miftuħa dment li l-proġett ikompli.
Iva, il-membri huma mistennija jirrappreżentaw lill-UE b’mod oġġettiv, abbażi ta’ informazzjoni preċiża u affidabbli. Huma mistennija wkoll jimpenjaw ruħhom f’diskussjoni u dibattitu mal-membri tal-konstitwenza tagħhom jew mal-media lokali dwar l-inizjattivi politiċi u l-miżuri ġenerali mwettqa mill-UE. Il-membri jimpenjaw ruħhom li jsegwu din il-linja ta' kondotta meta jiffirmaw id-dikjarazzjoni, fil-mument tal-applikazzjoni.
Li tkun parti mill-proġett “Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsilliera Lokali” jgħin lill-awtorità lokali, permezz tal-kunsillier lokali tagħha, tikkomunika aħjar dwar l-UE mal-kostitwenti tagħha. Il-membri tan-network se jibbenefikaw b’ħafna modi, kif ippreżentat hawn taħt.
- Aċċess privileġġjat għal sorsi ta’ komunikazzjoni tal-UE uffiċjali bil-lingwi nazzjonali, materjal ta’ komunikazzjoni, seminars online u offline u forom oħra ta’ informazzjoni, li jippermettu l-involviment maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet tal-UE.
- Opportunità li jiġu mistiedna għal żjarat fiżiċi jew diġitali fl-istituzzjonijiet tal-UE, li meta jkun possibbli jiġu organizzati bil-lingwa tagħhom.
- Opportunità li tirċievi informazzjoni mmirata dwar suġġetti tal-interess tiegħek u ta’ rilevanza għar-reġjun tiegħek, ibbażata fuq il-preferenzi indikati fil-formola tal-applikazzjoni
- Viżibbiltà fil-livell tal-UE tal-attivitajiet tal-membri mwettqa fil-kuntest tan-network.
- Aċċess għal network vivaċi ta’ pari permezz ta’ pjattaforma online ddedikata ma’ parteċipanti oħra tan-network.
- Aċċess privileġġat għal għadd kbir ta’ networks ta’ sensibilizzazzjoni tal-UE fil-livell lokali, inklużi madwar 430 ċentru EUROPE DIRECT li joperaw fi kważi r-reġjuni kollha tal-UE.
Ma hemm l-ebda limitu fin-numru ta’ applikazzjonijiet għal kull pajjiż.
Ma hemm l-ebda kost dirett marbut mal-fatt li tkun parti min-network. Il-Kummissjoni Ewropea fl-ebda ħin mhu se titolbok xi kontribuzzjoni. Kwalunkwe spiża tal-ivvjaġġar għall-parteċipazzjoni f’avvenimenti tal-proġett li ma jsirux online se jkunu koperti jew mill-Kummissjoni Ewropea jew inkella jkunu fakultattivi. L-attivitajiet tal-membri tan-network (komunikazzjoni maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet tal-UE, il-parteċipazzjoni fil-ħajja tan-network) mhux neċessarjament jimplikaw kost għall-membru.
Le. In-network huwa miftuħ biss għal rappreżentanti eletti lokalment fil-pajjiżi tal-UE.
Meta l-applikazzjoni tiegħek tiġi vvalidata mill-Kummissjoni Ewropea, se tirċievi materjali ta’ komunikazzjoni dwar in-network. Se tirċievi wkoll stedina biex tirreġistra fuq il-pjattaforma online Futurium. Ladarba tkun irreġistrat, se jkollok l-opportunità li tkompli tirċievi informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar suġġetti ta’ interess tiegħek u ta’ rilevanza għar-reġjun tiegħek, kif ukoll network ma’ membri oħra. Int se tkun mistieden ukoll tattendi webinars ad hoc u avvenimenti oħra.
Il-kunsilliera lokali kollha li huma membri tan-network huma mistennija li jwettqu t-tliet azzjonijiet li jimpenjaw ruħhom għalihom billi jiffirmaw id-dikjarazzjoni tal-proġett fil-mument tal-applikazzjoni. Dawn l-azzjonijiet jinkludu dawn li ġejjin.
- Jikkomunikaw b’mod regolari dwar l-UE. Dan ifisser li tinvolvi ruħek b’mod regolari f’diskussjoni u dibattitu ma’ membri tal-kostitwenza tiegħek jew mal-media lokali dwar l-inizjattivi politiċi u l-miżuri ġenerali mwettqa mill-UE, u tinkoraġġixxi lill-kostitwenti tiegħek jinvolvu ruħhom f’dibattiti dwar il-futur tal-UE.
- Iżommu mal-fatti u jirrappreżentaw lill-UE b'mod oġġettiv. Jippreżentaw politiki, azzjonijiet u inizjattivi tal-UE b’mod oġġettiv, ibbażati fuq informazzjoni eżatta u affidabbli.
- Jieħdu sehem fil-ħajja tan-network “Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsilliera Lokali” billi jipparteċipaw fil-pjattaforma online, jattendu seminars u żjarat offruti mill-Kummissjoni (skont id-disponibbiltà). Dan jitolbok twieġeb għal stħarriġ li jsir bejn wieħed u ieħor darbtejn fis-sena, u tipprovdi feedback dwar l-attivitajiet mwettqa fil-kuntest tan-network.
Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali huwa li jiżguraw il-kontinwità. Pereżempju, meta l-membri jilħqu t-tmiem tal-mandat elettorali tagħhom jew jieqfu milli jkunu parti min-network għal kwalunkwe raġuni, l-awtoritajiet lokali huma meħtieġa jaħtru membru ġdid.
Meta membru ġdid jissieħeb man-network, l-awtorità lokali korrispondenti se tirċievi materjali promozzjonali (pjanċa personalizzata tal-metall imnaqqxa u roll-up). Dawn huma maħsuba biex juru lill-pubbliku (kostitwenti) li l-awtorità lokali hija parti minn dan in-network madwar l-UE kollha.
Is-sit web tal-proġett (mifuħ għall-pubbliku) se jippubblika lista u mappa li tippreżenta l-kunsillieri lokalii kollha li huma membri tan-network, Se jinkludi wkoll materjali ta’ informazzjoni ġenerali. Il-pjattaforma online tal-proġett (aċċess ristrett biss għall-membri tan-network “Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsilliera Lokali” u networks simili) se tinkludi pubblikazzjonijiet rilevanti mqassma skont is-suġġett, stedina għal avvenimenti, forums ta’ diskussjoni, l-aħjar prattiki u aħbarijiet ġenerali relatati mal-proġett.
Iva.
Le. Il-membri se jirċievu biss forom mhux finanzjarji ta’ appoġġ (aċċess privileġġat għal informazzjoni, materjali, żjarat, stediniet għal avvenimenti, networking tal-pari tal-UE, eċċ.).
BELC hu proġett pilota li qed jitħaddem b’fondi allokati temporanjament lill-Kummissjoni Ewropea mill-Parlament Ewropew. Sfortunatament, għalissa ma nistgħux inkopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-membri ta’ BELC. Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-KE tipprovdi appoġġ għal vjaġġar lejn Brussell fil-forma ta’ żjarat ta’ studju, organizzati mill-Kummissjoni Ewropea speċifikament għall-membri ta’ BELC.
Int se tibqa’ membru tan-network sa tmiem il-mandat tiegħek bħala kunsillier elett tal-entità lokali (muniċipalità jew oħrajn) li nnominatek. Jekk tixtieq tikkanċella s-sħubija tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtorità lokali tiegħek, li taħtar sostitut.
Bħala regola ġenerali, meta mandat elettorali jiskadi, is-sħubija tintemm ukoll. Madankollu, l-awtorità lokali tista' tikkomunika l-istess isem lill-Kummissjoni Ewropea għall-mandat li jmiss.
Tista’ xxerred il-materjali ta’ komunikazzjoni relatati man-network tiegħek u tistieden lill-kunsilliera lokali oħra biex jipparteċipaw. Madankollu, ftakar li kunsillier wieħed biss għal kull awtorità lokali jista’ jkun parti min-network fi kwalunkwe ħin partikolari.
Il-membru għandu jinforma lill-awtorità lokali tiegħu. Il-ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità lokali jibqa’ validu, iżda se jkun meħtieġ li l-awtorità lokali taħtar membru ġdid għan-network. Jekk l-awtorità lokali tixtieq tirtira kompletament min-network, jeħtieġ li tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-proġett huwa multilingwi u għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit tal-lingwa għall-membri tan-network. Il-kunsillieri lokali ma humiex meħtieġa jikkomunikaw bl-Ingliż. Il-materjal kollu, inkluż manwal dettaljat għall-aċċess għall-pjattaforma online, se jiġi pprovdut fil-lingwa rispettiva tagħhom. Il-pjattaforma online interattiva tipprovdi traduzzjoni awtomatika fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Ma hemm l-ebda mira kwantitattiva għall-ħin li kunsillier individwali jiddedika għall-attivitajiet tal-proġett. In-network għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni lir-rappreżentanti eletti lokalment li jippermettilhom jitgħallmu aktar dwar inizjattivi u miżuri tal-UE sabiex ikunu jistgħu jużaw dan l-għarfien biex jinteraġixxu maċ-ċittadini fil-kostitwenza tagħhom. Se jkun hemm modi kif jirrappurtaw u kif il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-proattività tagħhom.
In-network “Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsilliera Lokali” ġie propost mill-Parlament Ewropew fl-2021 u jiffoka fuq it-titjib tal-kapaċità tal-kunsilliera lokali li jikkomunikaw fil-livell lokali dwar kwistjonijiet tal-UE. In-Network Ewropew ta’ Kunsillieri Reġjonali u Lokali tal-Kumitat tar-Reġjuni li tnieda fl-2021 għandu l-għan li jgħaqqad il-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-membri tiegħu mal-udjenza usa’ ta’ kunsillieri lokali preżenti fl-UE Minħabba l-fatt li ż-żewġ networks huma mmirati lejn l-istess popolazzjoni ta’ kunsilliera lokali tal-UE, dawn jaħdmu mill-qrib ħafna flimkien f’sinerġija sħiħa, biex jevitaw trikkib u jestendu l-firxa ta’ servizzi offruti. Dawn jużaw l-istess pjattaforma online. Membri ta’ network wieħed huma mistiedna jissieħbu mal-ieħor.
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM), tiġġestixxi n-network, li ġie stabbilit bħala proġett pilota bbażat fuq proposta mill-Parlament Ewropew.
Jekk ma ssibx it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek fil-FAQs u fil-materjali tal-proġett, jekk jogħġbok ikkuntattjana. Nirrisponduk mill-aktar fis possibbli.
Jekk inti stess int membru, tista’ tagħmel dan permezz tal-forum ta’ diskussjoni online meta toħloq il-kont tiegħek fuq Futurium, jew matul avvenimenti online jew fiżiċi organizzati mit-tim tal-proġett.
Il-Kummissjoni Ewropea tista’ torganizza laqgħa mfassla apposta jekk ikun hemm interess minn għadd suffiċjenti ta’ membri. jekk jogħġbok ikkuntattja lil infoeu-councillors [dot] eu (info[at]eu-councillors[dot]eu).
Il-Kummissjoni Ewropea se tagħmel ħilitha biex torganizza żjarat skont il-gruppi ta’ lingwi, skont ir-riżorsi u l-limiti tal-kalendarju. Meta dan ikun il-każ, il-membri se jirċievu stediniet fi żmien dovut u lis-spejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom se jkunu koperti sa fejn hu possibbli.
It-tim tal-proġett jista’ jipprovdi, fuq talba, materjali viżwali tal-proġett fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE f’format diġitali (u xi kultant f’format fiżiku, skont id-disponibbiltà). Jistgħu jiġu pprovduti wkoll verżjonijiet li jistgħu jiġu editjati, f’każ li awtorità lokali jew kunsillier lokali jkun jixtieq jipproduċi materjali addizzjonali f’lingwi oħra, li ma humiex lingwi uffiċjali tal-UE.